Il-biċċa l-kbira tal-ammiraturi tad-disinjatur Karl Lagerfeld, li miet din il-ġimgħa fl-età ta’ 85, huma familjari ma’ kemm kien iħobb il-qattus tiegħu, tant li saret qisha t-tarbija tiegħu minħabba li qatt ma kellu tfal.

Iżda filwaqt li Lagerfeld ma kellux tfal bijoloġiċi, kien il-parrinu ta’ Hudson Kroenig tifel ta’ 11-il sena. Il-mistoqsija issa qed tidwi jekk il-mudell ċkejken Kroenig, li huwa t-tifel il-kbir tal-mudell Brad Kroenig, inkitibx fit-testment tiegħu.

Wieħed jista’ jgħid li ladarba dan it-tifel jikseb il-wirt ta’ Lagerfeld, jista’ jqis li għandu xortih tajba li kellu lil Karl Legerfeld bħala parrinuh.