Għal bosta, il-ħasil u l-mogħdija tal-ħwejjeġ huma parti integrali mir-rutina ta’ kuljum. Madanakollu hemm ħafna modi kif il-ħajja tista’ tkunlek aktar faċli. Ara x’pariri qed jagħtu l-esperti:

  1. Aħsel kollox bil-kiesaħ. Il-ħwejjeġ jitkemmxu inqas.
  2. Itwi dritt wara l-ħasla. Il-ħwejjeġ jibdew jitkemmxu malli joqogħdu.
  3. Investi fi spray biex il-ħwejjeġ ma jitkemmxux. Tevita li jkollok tgħaddihom.
  4. Taħsilx il-ħwejjeġ ta’ kulħadd f’daqqa. Qassamhom. B’hekk ma taħlix ħin tara ta’ min hu xiex.
  5. Dendel il-ħwejjeġ minflok titfagħhom fuq xulxin fuq xi siġġu. Din tapplika għall-iktar ħwejjeġ li tuża.
  6. Ifred il-ħwejjeġ skont il-kategoriji. B’hekk tidħol fir-ritmu meta tiġi biex titwi.
  7. Ikkunsidra x’titfa’ fuq spalliera. Il-parir hu li titfa’ kulma jitkemmex!
  8. Ieqaf għamel il-kalzetti ballun. Poġġihom waħda fuq l-oħra, u għaqqadhom par par.
  9. Poġġi l-flokkijiet fuq spalliera. Poġġihom mhux iddendilhom bħall-qomos. Aħjar milli titwihom u tpoġġihom fuq xkaffa.
  10. Tiffissax jekk l-affarijiet ma jidhrux perfetti. Issawwatx lilek innifsek jekk il-prodott finali ma jkunx qisu tal-istampa!