Is-sit indipendenti tat-tbassir tat-temp Maltese Islands Weather qed jindika li tmiem il-ġimgħa li ġejja se tkun iddominata mill-maltemp: riħ qawwi, xita, silġ u temperaturi kesħin. L-inqas temperatura mistennija tinżel sa 4 gradi Celsius

Il-Ġimgħa 22 ta’ Frar

  • Ħalbiet tax-xita iżolati
  • Riħ bejn Forza 2 u Forza 4
  • L-ogħla temperatura: 15-il grad Celsius
  • L-inqas temperatura: 9 gradi Celsius

Is-Sibt 23 ta’ Frar

  • Xita/Silġ
  • Riħ bejn Forza 3 u Forza 6
  • L-ogħla temperatura: 15-il grad Celsius
  • L-inqas temperatura: 9 gradi Celsius

Il-Ħadd 24 ta’ Frar

  • Xita/Silġ
  • Riħ minn Forza 6/7 għal Forza 5/6
  • L-ogħla temperatura: 10 gradi Celsius
  • L-inqas temperatura: 4 gradi Celsius

 Mit-Tnejn li ġej l-arja terġa’ tibda tisħon u toħroġ ix-xemx!