Amarildo Silva

Ġuvni ta’ 23 sena mill-Brażil, ħareġ b’idea brillanti, biex minn tajers antiki joħloq sodod għall-animali.

Amarildo Silva bl-għajnuna tal-familjari tiegħu, jiġbor tajers mit-toroq u miżbliet. Wara li jiġborhom, inaddafhom u mbagħad ipinġi disinji fuqhom. Minn hemm imbagħad ipoġġi saqqijiet tondi fin-nofs, sabiex ikunu iżjed komdi.

Xħin ra kemm kienu ta’ suċċess, beda jbiegħ dawn is-sodod fuq Instagram. F’temp ta’ sentejn hu biegħ ‘il fuq minn 500 sodda. Dak li għalih beda b’passatemp, malajr dar f’negozju.