Raġel Ġappuniż iltaqa’ ma’ Malti u wara li spjegalu li waħda mill-passjonijiet tiegħu hija li jitgħallem l-innijiet nazzjonali tal-pajjiżi differenti infexx ikanta l-Innu Malti.

Bosta kienu dawk li mmeraviljaw ruħhom bil-filmat li ġie mtella’ minn Christopher Cassar waqt iż-żjara tiegħu ġewwa Tokyo. Kienu ħafna li qalu li hija xi ħaġa ferm interessanti kif raġel Ġappuniż kapaċi jkanta l-Innu Malti, iżda hawn bosta Maltin li lanqas biss jafu kif inhuma l-kliem li kiteb il-poeta Nazzjonali Dun Karm Psaila.