Ma jibqgħux jagħrfu lill-ġenituri u lil żwieġhom. L-anqas jagħrfu lill-uliedhom. Id-dimensja x’inhi? X’effetti tħalli? X’jista’ jsir? X’inhi l-politika nazzjonali dwar is-suġġett?
Dr Charles Scerri, riċerkatur fuq id-dimenjsa, jwieġeb għall-mistoqsijiet ta’ Fr Joe Borg waqt Newsline nhar is-Sibt 23 ta’ Frar.
Waqt l-istess programm Elise Harris, ġurnalista ma’ cruxnow.com titkellem ma’ Fr Borg dwar is-summit tal-isqfijiet Kattoliċi fuq kif jista’ jiġi miġġieled l-abbuż sesswali fuq it-tfal.
Newsline jixxandar is-Sibt fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fid-9am.