Bank of Valletta

Il-Bank of Valletta ħabbret li s-servizz ta’ ħlas lejn partijiet oħra barra miż-żona ewro reġa’ ġie attivat u se jkun qed jaħdem sew sat-Tnejn. Bħalissa l-bank għaddej b’ħidma biex dan is-servizz ikun jista’ jiġi aċċessat ukoll bl-Internet Banking.

Is-servizzi kellhom jiġu mwaqqfa wara li l-bank irċieva informazzjoni mill-Pulizija lokali u internazzjonali li kien hemm cyber attack fuq il-Bank.

Aġġornata (2): Il-BOV jispjega x’ġara; is-servizz għadu sospiż

Matul il-ġimgħa li għaddiet is-servizzi bdew ġejjin għan-normal wara li l-bank kellu jissospendi l-operat tiegħu temporanjament bħala mezz ta’ prekawzjoni.

Numru ta’ servizzi tal-BOV lura għan-normal

Il-Bank of Valletta spjega li matul il-jiem li għaddew huma kienu qed jaħdmu biex kollox jerġa’ jibda jaħdem  normali inklużi l-pagi, benefiċċji soċjali u pensjonijiet. Huma qalu li s-servizzi fuq l-internet banking reġgħu għan-normal.

Bħalissa għaddejja inkjesta kriminali fil-Qorti ta’ Malta fuq l-attakk li sar aktar kmieni l-ġimgħa l-oħra.