Ġie identifikat insett ġdid f’Malta, li jixbah farfett żgħir, li nstab fil-frott tas-siġar tal-ballut.

Żewġ speċi ġodda ta’ insetti mhux magħrufa għax-xjenza ġew skoperti minn Pasquale Trematerra, Professur tal-Entomoloġija Ġenerali: wieħed f’Kalabrija, u l-ieħor f’Malta. Prof. Trematerra applika biex jirreġistrahom uffiċjalment mad-Dipartiment tal-Agrikoltura, l-Ambjent u l-Ikel fl-Università ta’ Molise.

L-ismijiet Latini ta’ dawn l-insetti huma cochylimorpha scalerciana għal ta’ Kalabrija u cydia aldocataniae għall-insett Malti. L-ewwel speċi nstabu qalb il-muntanji tal-Park Nazzjonali ta’ Sila f’Kalabrija, filwaqt li t-tieni nstabu fil-frott tas-siġar tal-ballut f’Malta.

Iż-żewġ innovazzjonijiet xjentifiċi, li jarrikkixxu l-istudji mwettqa f’Unimol, qed jiġu ppubblikati fil-ġurnal internazzjonali Redia.

Iż-żewġ insetti ġodda se jiġu ppreżentati lil xjentisti tal-komunità entomoloġika Taljana u barranija fl-okkażjoni tal-21 Kungress Ewropew tal-Lepidopteroloġija li se jsir fl-Università ta’ Molise mit-3 sas-7 ta’ Ġunju.