R Kelly, kantant tal-R&B, ġie akkużat b’4 reati li għadhom x’jaqsmu ma’ abbuż sesswali, fejn minn tal-inqas 3 minnhom jinvolvu l-minuri. Huwa magħruf l-iżjed għad-diska I Believe I Can Fly.

Ismu veru huwa Robert Sylvester Kelly, u wara snin twal t’akkużi, qatt ma nstab ħati. Ħarġet mandat tal-arrest, u mar hu stess għand il-pulizija iżjed tard.

Dan kollu qed jiġri ftit tal-ġimgħat wara li ħareġ dokumentarju jismu Surviving R Kelly, hekk kif fih kien hemm allegazzjonijiet t’abbuż kontra R Kelly minn ħafna nisa, inkluż mingħand l-eks mara.

L-allegazzjonijiet jinvolvi 4 minuri, u l-inċidenti ġraw bejn l-1998 u l-2010. Min tal-inqas tlieta mill-vittmi kienu bejn it-13 u s-16-il sena meta ġara l-fastidju sesswali.

Fil-Qorti ġie żvelat vidjo ta’ 40 minuta li juri lilu u lil tfajla ta’ 14-il sena jagħmlu atti sesswali. Matul il-vidjo, kemm it-tfajla u kemm jagħmlu referenza għall-età tagħha għal numru ta’ drabi.