Grupp ta’ riċerkaturi fl-Università ta’ Malta li jistudjaw it-terremoti qalu li l-maltemp tal-bieraħ kien qawwi daqslikieku kien terremot.

Dan għaliex skont l-apparat tagħhom li jużawh għall-istudju tat-terremoti, il-vibrazzjonijiet żdiedu sew meta l-maltemp beda jitqawwa u jiqliel. Dan kien għall-ħabta tal-4pm.

Il-Grupp ta’ Monitoraġġ u Riċerka Sismika (SMRG) qal li l-apparat ikun qed jimmarka dak li jħoss minn numru ta’ affarijiet, iżda l-aktar vibrazzjonijiet li jaffettwawh huma l-ħalel tal-baħar jaħbtu mal-blat.

Ir-riħ ilbieraħ laħaq il-forza 9.