Il-maltemp li ħakem il-Gżejjer Maltin fl-aħħar jumejn mistenni jbatti llum, iżda l-Uffiċċju Meteoroloġiku qed iwissi dwar riħ qawwi mill-Grigal.

Din it-twissija għandha tibqa’ valida sad-9am.

It-temp għandu jkun xi ftit jew wisq imsaħħab, bil-possibbiltà li tagħmel ix-xita jew anke s-silġ tul il-ġurnata.

Jibqgħu jiġbru l-ħut

Facebook / Rachel Williams

F’ritratt ippubblikat fuq Facebook, jidher li l-ġbir tal-ħut kompla dalgħodu, b’numru ta’ nies jiġbru l-ħut li l-mewġ tella’ max-xatt fix-Xemxija.

Ħadd ma jidher illi weġġa’ bil-maltemp qawwi, b’riħ forza 9, tul l-aħħar jumejn, iżda dan ikkawża ħafna ħsarat, b’70 tunnellata ta’ siġar u skart fit-toroq.

Awdjo: “Neħħejna 70 tunnellata ta’ siġar u skart mit-toroq”

Il-Gudja saħansitra ħarbu 2 baqar mir-razzett fejn kienu qed jinżammu. Fil-Birgu u f’Tas-Sliema 21 persuna ġiet evakwata mill-bini, minħabba li darhom kienet wisq viċin tax-xatt.

Aġġornata: Evakwazzjonijiet f’Tas-Sliema u fil-Birgu

Minkejja dan, illum l-iskejjel għandhom jiftħu bħas-soltu, peress li llum mistenni li kollox imur lura għan-normal.

Għada l-iskejjel jiftħu normali – il-Gvern

Intant, l-Alternattiva Demokratika rringrazzjat lid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, lid-Dipartiment tat-Tindif u lil Transport Malta għax-xogħol imprezzabbli tagħhom li sar fl-aħħar 48 siegħa.

L-AD esprimiet ukoll is-solidarjetà tagħha mal-bdiewa peress li nqerdu l-uċuħ tar-raba’ u s-serer tagħhom.