Mark Bonnici (Agones SFC), Maurice Formosa (The Cyclist) u Patrick Scicluna (FRM Racing Team Sicilia), membri tal-Malta Mountain Bike Association, kellhom wirjiet tajbin f’sensiela ta’ tlielaq li saru riċentament ġewwa Castello Donnafugata fil-provinċja ta’ Ragusa.

Formosa kkompeta fil-Kategorija 2 u spiċċa fit-tielet post minkejja l-konkorrenza ta’ 19-il parteċipant ieħor. Hu rrnexxielu jtemm it-tellieqa f’ħin ta’ siegħa u 27 minuta. Patrick Scicluna, li kien qed jagħmel parti mit-tim Sqalli FRM Racing Team Sicilia, ħa sehem fil-Kategorija Master 4 u anke hu temm it-tellieqa fit-tielet post.

Sfortunatament, ix-xorti ma kinitx favur iċ-ċiklist Mark Bonnici hekk kif wara bidu tajjeb ferm sofra inċident fir-raba’ dawra li ġiegħlu jirtira.