L-applikazzjonijiet għall-Global Entrepreneurship Summit 2019 jagħlqu fl-1 ta’ Marzu.

Skont is-sit tal-GES, is-summit jiġbor fih l-aħjar intraprendituri minn madwar id-dinja. Din is-sena, is-summit se jkun qed jiffoka fuq l-oqsma tal-ikel, konnettività, enerġija, s-saħħa, u l-ilma.

F’Malta, l-ambaxxati tal-Istati Uniti u tan-Netherlands qed jippromwovu dan is-summit. Jekk inti minn Malta u tixtieq tapplika għas-summit tista’ tibgħat imejl lil maltabusiness@state.gov biex tistaqsi jekk l-ambaxxata tkunx tista’ tagħti r-rakkomandazzjoni tagħha biex inti tintgħażel.

Għal aktar dettalji tista’ tidħol hawn.