Għat-tieni darba f’inqas minn ġimgħa l-Gżejjer Maltin reġgħu nlaqtu mis-silġ. Jidher li diversi lokalitajiet f’Malta nlaqtu mis-silġ.

Il-paġna Malta Weather fuq Facebook qalet li s-silġ li qed jolqot il-gżejjer Maltin b’iktar frekwenza jistgħu jagħtu indikazzjoni tat-tibdil fil-klima.

L-Uffiċċju Meteroloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħarġu twissja rigward buffuri tar-riħ li mistennija jolqtu lil Gżejjer Maltin. It-twissja hi valida sad-9pm. L-inqas temperatura għal matul illejl li ġej mistenniha tinżel għal 9°C.

Ir-riħ huwa Tramuntana forza 5 li mistenni jmur għall-Majjistral forza tlieta għal erbgħa.

Skont is-sit tal-ajruport it-tbassir tat-temp għal għada, t-temp mistenni jkun ftit imsaħħab filwaqt li l-Ġimgħa mistenni jkun l-biċċa l-kbira msaħħab. Is-Sibt umbgħad mistenni jkun bir-riħ mill-Punent Majjistru forza 6 li jmur għat-Tramuntana forza 5 għal 6.

Matul it-tmiem il-ġimgħa li għaddiet għamel ħafna maltemp, b’riħ jilħaq kważi forza 9, li kkawża diversi ħsarat madwar Malta u Għawdex. Dan wassal biex il-Gvern iħabbar li kkuntattja lill-Kummissjoni Ewropea sabiex din tgħin lil Malta, permezz ta’ fondi, biex tkopri l-ħsarat li saru permezz tal-maltemp.

AQRA: Aġġornata: Il-Gvern jikkuntattja lill-UE għal fondi għall-ħsarat tal-maltemp

AQRA: X’effett ħalla l-maltemp fuq it-toroq Maltin?

AQRA: Il-maltemp tal-bieraħ qawwi kważi daqs terremot

Għandek xi ritratti? Tista’ tibgħathom fuq Newsbook.com.mt