Ritratt: Luke Zerafa

Dalgħodu fil-Port il-Kbir daħal il-katamaran il-ġdid tal-kumpanija Virtu Ferries, Saint John Paul II. Dan il-katamaran huwa l-ikbar fil-Baħar Mediterran u t-tieni l-ikbar fid-dinja.

Il-Virtu Ferries fi stqarrija fil-jiem li għaddew kienet qalet li l-l-katamaran mistenni jtemm il-vjaġġ ta’ 20 jum b’total ta’ 9,600 mil nawtiku. Il-katamaran jiżen 1,000 tunnellata u kapaċi jesa’ 900 passiġġier f’ħames swali u garaxx li jesa’ 167 karozza jew 23 trailer.

AQRA: L-ikbar katamaran fil-Mediterran jasal Malta l-Erbgħa

Ritratt: Luke Zerafa