It-tim nazzjonali Malti tan-nisa għeleb lil Ċipru bl-iskor ta’ 1-0 barra minn daru. Il-gowl deċisiv wasal fil-bidu tat-tieni taqsima u ġie skurjat minn Brenda Borg li tilgħab ma’ Mġarr United.

Fit-80 minuta Borg kellha ċ-ċans illi tkabbar il-vantaġġ għal Malta iżda x-xutt tagħha ħabat mal-lasta. Dan kien it-tieni riżultat pożittiv fi żmien ftit jiem għat-tim nazzjonali, hekk kif nhar l-Erbgħa l-għadda t-tim immexxi minn Mark Gatt kiseb punt kontra l-Estonja.

Wara li ntemmet il-logħba kontra Ċipru, Gatt stqarr kemm kien kuntent bil-wirjiet tat-tim tiegħu fl-Aphrodite Cup;

Dan ir-riżultat huwa frott il-ħidma u s-sagrifiċċji li wettaq dan il-grupp ta’ plejers matul dawn l-aħħar ġimgħat. Li niġu hawn u nevitaw milli naqilgħu gowl f’żewġ logħbiet konsekuttivi hija tassew xa ħaġa pożittiva.”