Ix-xnigħat li ilhom iduru onlajn għal dawn l-aħħar xhur dwar jekk l-aħwa Jonas humiex se jerġgħu jiffurmaw il-band tagħhom ġew ikkonfermati aktar kmieni llum minn wieħed minnhom stess fuq Instagram.

Fuq il-profil tiegħu Joe Jonas tella diversi ritratti u filmati tat-tliet aħwa flimkien, bl-aktar wieħed riċenti jżommu kartellu bil-kliem “Hello Again”.

L-aħwa Nick (26), Joe (29) u Kevin (31) ingħaqdu u mistennija joħorġu l-ewwel single tagħhom wara ħames snin. Is-single “Sucker” mistennija toħroġ il-Ġimgħa.

Jonas Brothers mistennija jkunu għal ġimgħa sħiħa fuq il-programm popolari The Late Late Show With James Corden fejn mistennija jiddiskutu r-reunion tagħhom u jieħdu sehem fi sketches ġodda.

Riklam għall-programm tagħhom ittella onljan il-Ħamis: