Il-kumpanija li timmanifatura ajruplani Boeing nediet ajruplan tat-tip fighter li jtir mingħajr pilota, u li żviluppat fl-Awstralja. Dan ġie ddiżinjat b’mod li jtir qrib ajruplani misjuqa minn piloti fil-gwerra għal porzjon ferm iżgħar tal-ispejjeż. Il-manifattur Amerikan qed jittama li jbiegħ dan l-ajrupan li jista’ jivvajaġġa għal aktar minn 3,700 kilometru lil konsumaturi madwar id-dinja.

Dan il-prototip huwa l-ewwel ajruplan tal-kombattiment żviluppat fl-Awstralja sa mit-Tieni Gwerra Dinjija u huwa l-akbar investiment f’sistemi li jinstaqu mingħajr piloti barra mill-Istati Uniti. Il-Gvern Amerikan qed jinvesti mat-28 miljun dollaru fil-programm għal kapaċità enormi għall-esportazzjoni li għandu dan is-settur.

Il-kuntratturi tad-difiża qed jinvestu b’mod akbar fit-teknoloġija awtonoma hekk kif il-militar madwar id-dinja jfittex mod irħas u aktar sigur li jimmasimazzaw ir-riżorsi tagħhom.

Ir-rivali tagħhom Lockheed Martin Corpo u Kratos Defense and Security Solutions Inc qed jinvestu wkoll f’dawn t-tip ta’ ajruplani.

Barra milli jintuża bħala fighter jet, dan l-ajruplan jista’ jintuża għal electronic warfareintelligence u sorveljanza. Din il-flessiblità mistennija tkun ferm attraenti għall-operaturi f’dan is-settur. Barra ninn hekkm juża magna disponibbli kummerċjalment u jista’ jintuża minn run ways tradizzjonali. Dan mistenni jintuża l-ewwel darba fl-2020.

Telf għall-ishma ta’ Air France-KLM

L-ishma f’Air France-KLM sofrew telf ta’ 15% din il-ġimgħa wara li l-Gvern Olandiż xtara sehem fil-kumpanija f’tentattiv li jipproteġi l-interessi ekonomiċi tal-pajjiż. Il-Gvern Olandiż ħabbar ix-xiri ta’ sehem ta’ 12.68%.

Il-mossa, li rriżultat wara tilwim bejn iż-żewġ kumpaniji, wasslet għal tħassib li l-proprjetarji tal-grupp inaqqsu r-ritmu ta’ bidliet li huma meħtieġa. L-Olanda qed tippjana li jkollha sehem daqs dak tal-Gvern Franċiż, li għandu 14.3%.

Air France-KLM ġiet iffurmata wara merger bejn il-linja tal-ajru Franċiża u Olandiża fl-2004, iżda ż-żewġ linji tal-ajru għadhom joperaw taħt l-ismijiet rispettivi tagħhom. Il-Gvern Olandiż qed jinsisti li din il-mossa saret biex jipproteġi l-postijiet tax-xogħol b’mod partikolari fl-ajruport ta’ Schipol. Madankollu l-Gvern Franċiż esprima s-sorpriża tiegħu għal din id-deċiżjoni u wissa’ li m’għandux ikun hemm indħil fl-operat ta’ kumpanija kummerċjali.

Strajkijiet fi Franza fl-2018 wasslu biex il-kumpanija kollha – inkluża l-KLM, issofri telf, fattur li kien ferm frustranti għal parti Olandiża. FL-aħħar ġimgħat kien hemm diversi rapporti li jindikaw li l-Kap Eżekuttiv ta’ KLM, Pieter Elbers, jista’ jkun taħt theddida minħabba l-appoġġ vokali tiegħu biex iż-żewġ operazzjonijiet jibqgħu mifrudin.

BlackRock u KKR jinvestu 4 biljun dollaru fil-Lvant Nofsani

Tnejn mill-akbar kumpaniji fil-qasam tal-investiment, BlackRock u KKR iffirmaw ftehim ta’ 4 biljun dollaru mal-Abu Dhabi National Oil Company (ADNOC) biex saru l-ewwel investituri istituzzjonali li ssieħbu mal-produttur nazzjonali taż-żejt fil-Lvant Nofsani.

Il-ftehim jirrapreżenta sħubija kruċjli fl-iżvilupp infrastrutturali tal-ADNOC. Huwa pass important biex din tiddiversifika s-sorsi ta’ dħul tagħha u tattira aktar kapital privat u ġestjoni kummerċjali fil-kumpanija.

Il-ftehim jifforma parti minn entità ġdida bl-isem ta’ ADNOC Oil Pipelines, li se tagħti b’leasing l-interess tagħha fi 18-il pipeline li jittrasportaw ż-żejt għal 23 sena. ADNOC se żżomm sehem ta’ maġġoranza ta’ 60%, filwaqt li BlackRock u KKR se jżommu 40% flimkien. Dan huwa wkoll parti mill-istrateġija usa’ ta’ Abu Dhabi biex jattira aktar investiment barrani u jsaħħaħ il-potenzjal ta’ Abu Dhabi fis-swieq globali finanzjarji. Dan is-settur joffri bosta opportunitajiet hekk kif ħafna investituri, f’perjodu ta’ rati ta’ imgħax baxxi, qed ifittxu assi ta’ kwalità fuq medda itwal ta’ żmien.

BlackRock hija l-akbar ġestur ta’ assi madwar id-dinja, b’total ta’ 6.4 triljun dollaru. Fl-aħħar ġranet, Fitch tat lill-ADNOC A+ credit rating, l-għola wieħed fost il-kumpaniji taż-żejt u l-glass. L-Emirati Għarab Magħquda jinsabu fil-11-il post minn 190 ekonomija madwar id-dinja fil-klassifika tal-Bank Dinji fejn tidħol faċilità ta’ negozju.

Dan l-artiklu huwa miġjub lilkom minn MPM Capital Investments Ltd – www.mpmci.net