Kienet Amy Micallef li rnexxielha tikser ir-rekord Nazzjonali tal-200 metru breaststroke b’ħin ta’ 2:38,60. Dan ir-rekord kisbitu llum waqt li qed kkompetiet fil-finali tal-‘Hi-Point Meeting’ f’Zurich fl-Isvizzera. B’dan ir-riżultat hija ġiet ir-4 fil-finali li sar illejla.

Fuq Facebook hija rringrazzjat lill-coaches tagħha tas-Sirens ASC, Grant Kritzinger u Delon Dennhauser u lill-isponsors tagħha. Hija ilha tniżżel dan ir-rekord nazzjonali għal dawn l-aħħar snin.

F’kummenti ma’ Newsbook.com.mt, Amy qalet li l-aħħar ftit xhur ta’ taħriġ kienu iebsin imma qalet li l-coaches tagħha ħadmu mat tim biex jilħqu limiti ġodda.

Amy Micallef bħalissa qegħda fl-aħħar sena tal-istudju tagħha fl-Università. Hija spejgat ukoll li qed taħdem ukoll għall-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru fil-Montonegro din is-sena.

L-għawwiema Slimiża ilha għal dawn l-aħħar għaxar snin tipprattika dan l-isport u ħadet numru ta’ unuri kemm mill-Assoċjazzjoni tal-Isports Akwatiku u mill-Kumitat Olimpiku Malti.