L-ikbar ħanut ta’ Primark fl-Ingilterra mistenni jiftaħ fil-11 ta’ April ta’ din is-sena.

Primark li magħruf għall-prezzijiet kompetitivi tiegħu, se jkun qed jiftaħ il-187 ħanut.

Il-ħanut f’Birmingham mistenni jħaddem 1,000 persuna. Il-ħanut huwa mifrux fuq 160,000 pied kwadru mqassam fuq ħames sulari.

Kelliem ta’ Primark ikkonferma ma’ Birmingham Live dwar il-pjanijiet tal-ħanut li jiftaħ f’April 2019.