Il-Festival Gaulitana jirritorna bejn it-8 ta’ Marzu u s-7 t’April 2019, b’edizzjoni li ser tkun marbuta mat-tema ‘Il-Mara fis-Socjeta’. Il-festival ha spunt mill-Manon Lescaut (l-opra magħżula għal din is-sena) u se jenfasizza r-rwol tal-mara fl-arti u fis-soċjetà.
Jean Noel Attard jiżvela aktar dwar din l-edizzjoni ta’ dan il-festival waqt intervista ma’ Frederick Zammit li xxandret waqt il-programm Nitfa Kultura fuq RTK 103fm.