Meta tiġi biex tippjana għal vaganza, mhux dejjem faċli tgħażel id-destinazzjoni tiegħek. Xi kultant, wieħed jispiċċa konfuż dwar meta hu l-aħjar żmien biex jaqta’ t-titjira tiegħu speċjalment minħabba ideat kunfliġġenti li wieħed jista’ jiltaqa’ magħhom onlajn.

Kemm għandek taqta’ t-titjira tiegħek kmieni?

Skont USA Today, l-aħjar żmien li wieħed jaqta’ t-titjira tiegħu huwa madwar ħames jew sitt xhur qabel, fejn possibbli. Skont riċerki minn Money u The Points Guy fl-2018, instab li l-aħjar ġranet li fihom wieħed jaqta’ t-tijira tiegħu kienu bejn it-23 u d-29 ta’ April.

X’inhu l-aħjar ħin li fih taqta’ t-titjira tiegħek?

Skont SkyScanner, l-aħjar ġurnata biex taqta’ t-titjira tiegħek hija l-Erbgħa. L-aħjar prezzijiet ikunu viżibbli għall-ħabta tal-5am. Wieħed għandu jevita li jaqta’ t-titjiriet tiegħu bejn it-8pm u l-11pm.

Vera li l-prezzjijiet tat-titjiriet ikunu irħas nhar ta’ Tlieta?

Bosta kumpaniji tal-ajru jraħħsu l-prezzijiet tat-titjiriet tagħhom kull nhar ta’ Tlieta. Skont FareCompare, din twassal sabiex numru ta’ kompetituri mbagħad iraħħsu t-titjiriet tagħhom huma wkoll. Jidher li l-aħjar ħin biex wieħed jaqta’ l-biljetti tiegħu t-Tlieta huwa propju fit-3pm.

Jekk taqta’ t-titjira fl-aħħar minuta tiġik irħas?

Jekk inti flessibbli, li tistenna sal-aħħar minuta jaf ikun jaqbillek. Dan minħabba li bosta kumpaniji jagħmlu skontijiet fuq il-prezzijiet sabiex ibigħu l-biljetti kollha.

Liema hi l-irħas ġurnata biex issifer?

L-irħas ġranet għas-safar dejjem jaqgħu matul il-ġimgħa. Wieħed għandu jevita li jsiefer il-Ġimgħa jew is-Sibt.