Ian Theisen ntgħażel bħala l-aqwa basketball plejer fil-Kampjonat maskili tal-Ewwel Diviżjoni għax-xahar ta’ Jannar 2019 filwaqt li Amelia Simmons ta’ Hibernians rebħet dan l-unur għall-kategorija femminili.

Theisen, li huwa plejer Amerikan minn Osseo Minnesota, irnexxielu jikseb mhux inqas minn 123 punt għal Floriana matul l-ewwel xahar tas-sena. Fil-kampjonat tan-nisa, Simmons rebħet dan l-unur għat-8 darba minn mindu bdiet tilgħab ġewwa Malta 5 snin ilu.

Matthew Gouder rebaħ l-unur tal-Kampjonat BOV tad-Dilettanti tal-irġiel hekk kif grazzi għall-wirjiet tiegħu Gżira Athleta ġabbru 78 punt.

L-Uffiċjal Kap tal-Bank of Valletta, Peter Perotti, ħa ħsieb jippreżenta l-plakka kommemorattiva lill-plejers li kisbu dawn l-unuri.