Louise Bugeja llum titkellem ma’ Frederick Zammit waqt Nitfa Kultura fuq RTK 103fm dwar l-edizzjoni ta’ din is-sena ta’ The Women in Me, li tittella’ taħt il-Patroċinja tal-E.T. il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preco. Waqt l-intervista Bugeja titkellem dwar kif hi mqassma s-serata, it-taħdidiet li se jsiru u anki liema għaqda din is-sena se tibbenifika mill-qliegħ ta’ din l-edizzjoni.