Filmat li rċieva Newsbook.com.mt juri tifla timxi fuq is-swar tal-Belt minkejja l-għajat tan-nies li inzertaw fuq il-post jgħidulha biex tinżel.

Il-persuna li bagħatet il-filmat lil Newsbook.com.mt qalet li jidher li t-tfal għadhom jagħmlu dawn l-affarijiet perikolużi.

2014
Ritratt li bagħat qarrej juri raġel li kien qed jagħmel xogħlijiet ta’ tindif fuq is-swar tal-Belt Valletta mingħajr l-ebda tip ta’ ilbies protettiv.

2013
Qarrejja ta’ Newsbook.com.mt ilmentaw kif meta marru sal-Imdina raw bosta żgħażagħ li mingħajr ebda ħsieb, poġġew ħajjithom fil-periklu.

Jekk għandek xi ritratti jew filmati li tixtieq taqsam magħna, ibgħat email fuq info@newsbook.com.mt.