Il-Grupp db ssotometta pjanti ġodda wara li ħareġ bi proposta ġdida ta’ żvilupp għas-sit ta’ fejn kien hemm l-ITS f’Pembroke. Fosthom qed tiġi proposta lukanda ta’ 5 stilel ta’ Klassi 3B, b’438 kamra. Qed jiġi propost ukoll li se joħorġu 162 residenza, flimkien ma’ spazju għall-uffiċju kummerċjali ta’ Klassi 4A, ċentru tax-xiri ta’ klassi 4B, ristoranti ta’ klassijiet 4C u 4D, u kif ukoll parkeġġ taħt l-art.

Ftit tal-ġranet ilu t-Tribunal tal-Appelli tal-Awtorità tal-Ippjanar (EPRT) reġa’ tenna l-approvazzjoni tiegħu għall-iżvilupp kontroversjali tal-Grupp db f’Bajja San Ġorġ. Dan wara li kien ilu propju tliet xhur jisma’ kawża ta’ appell kontra l-proġett inniffsu. Sa dakinhar il-proposta kienet turi torri ta’ 38 sular u lukanda ta’ 17-il sular. Minkejja d-diversi oġġezzjonijiet dwar dan il-proġett l-Awtorità tal-Ippjanar kienet approvatu xorta waħda f’Settembru li għadda.

It-Tribunal kien qal lill-iżviluppaturi li minkejja li l-proġett tagħhom ġie approvat, hemm bżonn li l-iżviluppaturi jissottomettu pjanti ġodda li kellhom jinkludu żieda fiż-żoni ta’ spazju miftuħ filwaqt li talbu għal tnaqqis fl-għoli tat-torri u l-lukanda.

Aġġornata: Approvat mill-ġdid il-proġett tal-Grupp db