E.V. Borg huwa l-mistieden ta’ Frederick Zammit waqt Nitfa Kultura biex jitkellem dwar il-wirja Innoċenza, Trankwillità u Sbuħija. Jispjega kif is-sempliċità hija it-timbru tal-espressjoni artistika ta’ Feng Xiwen, espressjoni naïve imżewqa bl-innoċenza tat-tfulija u b’teknika ta’ ‘strip-cartoon’.  Jgħidilna wkoll li l-espressjoni ta’ Debbie Bonello hija vjaġġ fiż-żmien u l-ispazju. Il-pajsaġġ huwa biss skuża biex tinfexx u tirvella fl-atmosfera, fil-burdata, fis-sentiment, fl-emozzjoni u t-tessitura. Ma jonqsux ukoll id-dettalji fejn qed issir din il-wirja.