Giulio Andreotti kien dak li ispira lil David Casa biex jidħol fil-politika. Dan qalu hu stess waqt li kien qed jindirizza avveniment fil-Parlament Ewropej. Huwa sostna kif Andreotti huwa wieħed mill-aqwa politiku Taljan u Ewropew.

Casa spjega kif f’laqgħat li kien jattendi ma’ Eddie Fenech Adami, Guido Demarco u Tonio Borg kien ikun hemm Andreotti. Spjega kif f’dawn il-laqgħat Andreotti, inspirah jidħol fil-politika, sabiex itejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji u tan-negozji.

Casa rrefera wkoll fuq il-fiduċja li kellu Andreotti fuq is-sistema ġudizzjarja Taljan, anke meta kien suġġett ta’ prosekuzzjoni kriminali. Andreotti dejjem wera rieda li jikkoopera mal-ġustizzja, sabiex toħroġ dejjem il-verità.