Il-Banda Vittorja tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina tan-Naxxar qed tiċċelebra it-tletin sena mit-twaqqif tagħha, u ma hemm xejn aħjar biex tiċċelebra jekk mhux b’kunċert memorabbli ieħor. Il-Banda Vittorja hija renomata għal kwalita ta’ kunċerti li hi ttellgħa kemm f’dawk annwali kif ukoll f’dak f’okkażjonijiet speċjali bħalma hu dan. Daniel Vella jitkellem aktar fid-dettal dwar dan ma’ Frederick Zammit waqt l-edizzjoni tal-lum ta’ Nitfa Kultura fuq RTK 103fm.