Hemm bosta beżgħat li anke jekk ma nsofrux minnhom aħna nistgħu nifmuhom, bħal meta wieħed jibża mill-brimb, jew mill-għoli, jew forsi minn klowns tal-biża’. Ma’ dawn hemm il-biża’ min-numru 13. Filwaqt li dan huwa sempliċiment numru bħall-oħrajn, hemm saħansitra films tal-biża’ dwar dan in-numru.

Minħabba din il-biża’ bosta binjiet jiddeċiedu li ma jkollhomx is-sular 13, filwaqt li ħafna koppji jevitaw li jiżżewġu fit-13-il jum tax-xahar. Din il-biża’ għandha wkoll isem, li huwa triskaidekaphobia. Iżda għaliex huwa speċifikament dan in-numru li huwa klassifikat bħal ‘tal-biża’’? Filwaqt li ma hemmx raġuni ewlenija, bosta storiċi ppruvaw isibu raġunijiet potenzjali għaliex in-numru 13 ma tantx iġib ġid.

L-aktar teorija popolari dwar l-oriġini ta’ din il-biża’ hija dik ġejja mill-Bibbja, partikolarment l-aħħar ċena. Filwaqt li kien hemm 13-il persuna preżenti, l-aħħar persuna li wasal għall-ikla kien propju Ġuda l-Iskarjota, li tradixxa lil Ġesù. Intant fil-mitoloġija, mejda ta’ 13-il persuni hija magħrufa li ġġib l-isfortuna, din is-superstizzjoni saħansitra sabet lilha nnifisha fis-serje popolari ta’ Harry Potter.

Skont xjentisti u matemaċisti, il-problema bin-numru 13 hija minħabba li huwa viċin ħafna tan-numru 12, li f’bosta kulturi primittivi kien ikkunsidrat bħala n-numru perfett.