Follow Up tal-Ġimgħa t-8 ta’ Marzu 2019 bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmara’ se jiddiskuti l-kandidatura indipendenti tal-Professur Arnold Cassola. Xi programm ta’ ħidma qiegħed jipproponi jekk jiġi elett? X’qed joffri differenti mill-kandidati l-oħra? Kif janalizza s-sitwazzjoni f’Malta u fil-kumplament tal-Unjoni Ewropea rigward l-elezzjonijiet ta’ Mejju għall-Parlament Ewropew?

Follow Up jixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq RTK 103FM u Newsbook.com.mt fil-5pm.