Newsbook.com.mt mar dawra l-Belt Valletta fejn staqsa lil bosta persuni sabiex jgħidu liema hi l-iktar mara importanti għalihom.

Ir-risposta tal-maġġoranza kienet li l-aktar mara importanti hija ommhom, imbagħad wara, il-mara. Raġel partikolari semma kif anke minkejja li wara li welditu ommhu mietet, xorta baqgħet għalih l-aktar mara importanti f’ħajtu.

Risposta li spikkat fost l-oħrajn kienet dik ta’ mara li sostniet li minkejja li temmen li l-idoli nisa huma importanti, sostniet li l-missirijiet huma importantissimi fil-ħajja ta’ wliedhom il-bniet, speċjalment biex jagħmlulhom il-kuraġġ u jtuhom is-sapport neċessarju.

Filmat: Luke Zerafa