Miriam Dalli nediet il-kampanja elettorali tagħha bit-tema ‘Malta: il-Livell li jmiss’.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddeskriva lil Dalli bħala “l-aqwa Membru Parlamentari Ewropew” li Malta kellha f’dawn l-aħħar ħames snin. Muscat irringrazjaha tal-ħidma tagħha biex tiddefendi lil Malta minn interessi partiġġjani.

L-eks deputat Prim Ministru Louis Grech spjega kif Miriam Dalli ħadmet “b’mod qawwi u impressjonanti” fuq aspetti li jolqtu liċ-ċittadini Ewropej. Żied jgħid li Dalli qatt ma nsiet li Malta hija l-prijorità tagħha. Maria Brown indirizzat ukoll din l-attività, fejn tkellmet kif Dalli hija mara li tiġġieled l-isterjotipi u li tisfida dak li jkun hemm bżonn.