Il-kantant Liam Payne jqis lilu nnifsu bħala fortunat li meta kellu 12-il sena rnexxielu jsalva minn attentat ta’ serqa minn raġel li kien qed iġorr sikkina. Payne saħaq li dan kien wieħed mill-iżjed episodju tal-biża f’ħajtu. Żied jgħid li dan l-episodju ispirah sabiex joħloq għarfien fuq il-perikli li jkun hemm meta tkun iġġorr arma perikoluża bħal sikkina fuqek.

Payne spjega kif hu u sieħbu spiċċaw f’post, fejn kien hemm raġel li ħareġ sikkina u ppuntaha lejn wiċċhom. Saħaq kif kienu mwerwrin u spiċċaw biex tawh kulma kellhom f’buthom. Spjega kif eventwalment ħarbu lejn l-eqreb tallinja li kien hemm allovalja ma kienux jafu fejn kienet sejra. Żied jispjega kif ladarba wasal id-dar, tant kien imwerwer, li ma qalx lill-ġenituri tiegħu b’dak li kien ġara, u għal dan għadu jiddispjaċih s’issa. Payne ħeġġeġ lit-tfal affetwati minn kriminalità bħal din sabiex jiftħu qalbhom ma’ ta’ madwarhom.

Payne tkellem fuq kif huwa kien fortunat, però hawn ħafna li mhumiex fortunati, tkellem ukoll fuq in-numru ta’ nies li hawn qed jitilfu ħajjithom minħabba dan il-fatt. Żied jgħid  ukoll fuq l-importana li l-Gvern Ingliż għandu sabiex jaffaċja din il-problema u jieħu azzjoni.