Arkivji

Il-bassara indipendenti tat-temp Maltese Islands Weather qed ibassru riefnu li kapaċi jilħaq forza tmienja propju minn għada, it-Tnejn.

Fuq is-sit tagħhom www.malteseislandsweather.com, il-bassara qed jgħidu li front dgħajjef ta’ arja kiesħa se jgħaddi minn fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. Sadanittant roqgħa ta’ arja bi pressjoni għolja se tiġġenera riefnu mill-Punent Majjistru madwar iċ-ċentru tal-Mediterran. It-twissija tidħol fis-seħħ għada fis-6pm u tibqa’ sat-Tlieta f’nofsinhar.

Kif se tiżviluppa din it-twissija?

It-Tnejn:

  • 18:00 sa 21:00 – Punent Majjistru Forza 6/7
  • 21:00 sa 00:00 – Punent Majjistru Forza 7/8

It-Tlieta

  • 00:00 sa 03:00 – Punent Majjistru Forza 7/8
  • 03:00 sa 06:00 – Punent Majjistru Forza 7/8
  • 06:00 sa 09:00 – Punent Majjistru Forza 7/8
  • 09:00 sa 12:00 – Punent Majjistru Forza 6/7

Skont il-bassara, il-buffuri l-aktar qawwijin se jaffetwaw il-Gżejjer Maltin kmieni filgħodu t-Tlieta. Ir-riħ imbagħad jonqos għal forza 3 nhar l-Erbgħa. Intant, il-baħar se jkun qawwi ħafna b’mewġ għoli ħames metri fl-aktar buffuri qawwijin.