Ġiet żvelata l-kanzunetta ta’ Malta li biha Michela Pace se tkun qed tikkompeti fil-kompetizzjoni tal-Eurovision ta’ din is-sena.

Il-Eurovision ta’ din is-sena se jsir bejn l-14 u t-18 ta’ Mejju f’Tel Aviv, l-Iżrael.

Il-kantanta Michela Pace rebħet l-ewwel edizzjoni tal-kompetizzjoni tal-kant X Factor Malta. Parti mill-premju kien li tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision.

Il-music video nġibed f’Malta

Fi stqarrija, PBS qal li nieda il-kanzunetta Chameleon li hija diska pop b’taħlita ta’ Reggaetone grove b’elementi Kubani. Il-kanzunetta nktibet u ġiet produċuta minn Symphonics li kisbu t-tieni, t-tielet, u r-raba’ post fil-Eurovision fl-aħħar tliet snin.

Il-kanzunetta ġiet irrekordjata fi Vienna, fl-Iżvezja, u f’Malta. Il-music video nġibed kollu f’Malta bi produzzjoni tal-PBS.

Skont it-TVM, wara li ddedikat dawn l-aħħar jiem biex tintgħażel il-kanzunetta finali u jinġibed il-music video, fil-ġimgħat li ġejjin Michela se tkun qed tkompli bil-preparazzjonijiet tagħha għall-Eurovision fejn se tkun qed tikkompeti għall-ewwel darba fis-16 ta’ Mejju.

Min kiteb il-kanzunetta?

Il-kanzunetta nkitbet minn Joacim Perrson, Paula Winger, Borislav Milanov, u Johan Alkanas b’kompożizzjoni mill-istess persuni.

Min hi Michela?

Michela għandha 18-il sena u tgħix Għawdex. Hija studenta fis-sixth form ta’ Għawdex – Sir MA Refalo. Waqt li kienet qed tieħu sehem f’X Factor Malta, il-mentor tagħha kien Howard Keith Debono.

Pace rebħet il-kompetizzjoni Music Talent League fil-Litwanja, kienet finalista fil-‘Baltic Voices’, u attendiet il-programm ta’ żvilupp artistiku ‘Ultimate Artist’ f’Londra fejn ħadmet mal-producer ta’ Rhianna.

Michela bħalissa għandha kuntratt ma’ Sony Music.

Aktar dettalji dalwaqt