Ritratt meħud minn Joe Borg

Matul din il-ġimgħa, Luxol kisbu żewġ rebħiet fil-kampjonat lokali tal-Futsal. Fl-ewwel logħba tagħhom, li kienet waħda missielta, huma rebħu kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 4-3. Madanakollu, l-isfida kontra Swieqi United intemmet bi skor ferm ikbar hekk kif Luxol skurjaw għaxar gowls.

Għal Luxol skurjaw dopjetta kull wieħed Shataizan Zarb, George Frendo, Maicon Silva Gaiewski u Mark Zammit filwaqt li Leanderson Coriolando Sant’Anna u Andy Mangion skurjaw iż-żewġ gowls l-oħra. Il-gowl ta’ konsolazzjoni għal Swieqi United wasal minn Maximilano Navarro.

Grazzi għal dawn ir-riżultati, Luxol baqgħu fit-tieni post b’45 punt, tlieta nqas minn Valletta li rebħu wkoll kontra Birkirkara bl-iskor ta’ 5-2.