Il-kumpanija taż-żfin Southville Dancers ħarġet ritratti fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook li juru xeni minn wara l-kwinti tal-music video ta’ Chameleon – il-kanzunetta li se tkun qed tkanta Michela Pace fil-Eurovision ta’ din is-sena.

Fi stqarrija, PBS qal li nieda il-kanzunetta Chameleon li hija diska pop b’taħlita ta’ Reggaetone grove b’elementi Kubani. Il-kanzunetta nktibet u ġiet produċuta minn Symphonics li kisbu t-tieni, t-tielet, u r-raba’ post fil-Eurovision fl-aħħar tliet snin.

Filmat: Isma’ l-kanzunetta ta’ Malta għall-Eurovision 2019