Is-Segretarju għall-Partit Laburista Ingliż, Kier Starmer, qal li l-aħħar bidliet li l-Prim Ministru Theresa May kisbet mal-Unjoni Ewropea mhumiex biżżejjed. Waqt li kien intervistat mill-programm Sky News Sunrise, l-avukat preċedenti u d-direttur preċedenti tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi spjega li l-assigurazzjonijiet li l-Prim Ministru kisbet dwar Brexit ma jbiddlu xejn.

Il-Mexxej Demokratiku Liberali Vince Cable qies ukoll l-aħbarijiet tan-negozjati, u qal li n-natura tad-diskussjonijiet bejn il-Prim Ministru u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, urew li l-proċess ta’ Brexit qed iqarreb aktar lejn il-kaos.

Nicky Morgan, Membru Parlamentari mill-Partit Torey, wriet l-appoġġ tagħha għall-bidliet miftehma mill-Prim Ministru. Fuq tweet hi qalet li dan hu pass tajjeb ‘l quddiem biex iseħħ il-ftehim ta’ ħruġ mill-Ewropa.

B’riżultat għat-taħdidiet tal-bieraħ bejn May u Juncker, iż-żewġ naħat laħqu qbil dwar żewġ dokumenti. Il-Prim Ministru qalet li l-ewwel ftehim jista’ jintuża biex tinfetaħ “tilwima formali” kontra l-Unjoni Ewropea jekk b’xi mod tipprova żomm lir-Renju Unit marbut b’backstop b’mod indefinittiv. It-tieni ftehim hu li l-Unjoni Ewropea għandha timpenja ruħha li tissostitwixxi l-backstop b’arranġamenti alternattivi sa Diċembru tal-2020.

Dokument ieħor, magħruf bħala “dikjarazzjoni unilaterali”għandu jitressaq ukoll mill-gvern fil-jiem li ġejjin.