Diversi pajjiżi madwar id-dinja inkluż f’Malta, Facebook, Messenger u Instagram mhux qed jaħdmu kif suppost wara li żviluppat ħsara teknika. Kawża ta’ din il-ħsara, utenti minn madwar id-dinja rrappurtaw li ma jistgħux jużaw is-siti ta’ Facebook u lanqas Instagram.

Għalkemm fil-bidu rrappurtajna li l-unika app tal-kumpanija Facebook li kienet tidher li qed taħdem sew hija Whatsapp, l-utenti rrappurtaw li ma jistgħux jibgħatu dokumenti jew ritratti fuq din l-app.

Diversi utenti lanqas jistgħu jużaw dawn l-apps fuq il-mobile jew desktop.

Fi stqarrija li l-kumpanija għamlet fuq Twitter hija qalet li tinsab konxja li xi utenti ma jistgħux jaċċessaw is-servizzi ta’ Facebook u qalet ukoll li qed taħdem biex issolvi l-problema kemm jista’ jkun malajr.

Aktar tard, kważi sagħtejn wara din l-istqarrija, Facebook ċaħdet li l-problema oriġinat minn DDos Attack fuq is-servers tagħha. Qalet li qed taħdem biex issolvi l-problema mingħajr ma semmiet x’ikkawża l-ħsara.

Down Detector