Il-Membri Parlamentari Ingliżi vvutaw kontra Brexit bla ftehim, dak magħruf bħala no-deal Brexit.

Bi 312 vot kontra 308 vot ifisser li maġġoranza b’4 voti fil-House of Commons ivvutaw biex tiddaħħal emenda kontra Brexit bla ftehim. B’hekk dan ifisser li għadda se jittieħed vot ieħor biex il-Prim Ministru Ingliża Theresa May tkun tista’ titlob lill-Unjoni Ewropea testendi ż-żmien ta’ sentejn u b’hekk ma joħroġx mill-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Marzu li ġej.

Il-vot li ttieħed fl-aħħar tas-sessjoni kellu l-istess riżultat iżda b’aktar distakk li jfisser li l-Membri Parlamentari Ingliżi ma jridux Brexit mingħajr ftehim. (321 favur, 278 kontra – distakk ta’ 43 vot).

L-istess deputati għada mistennija jivvutaw fuq din l-estensjoni sat-22 ta’ Mejju biex ir-Renju Unit tipprepara aktar għall-ħruġ mill-Unjoni. Il-vot ta’ għada mistenni wkoll jirrikonoxxi t-tluq definittiv mill-UE sal-2021. Jekk jgħaddi l-vot ta’ għada jkun ifisser li r-Renju Unit jivvota fl-elezzjonijiet Ewropej ta’ Mejju li ġej u deputati Ingliżi jerġgħu jikkontestaw biex isiru membri tal-Parlament Ewropew.

Dalgħodu, il-Membri Parlamentari Ewropej iddiskutew Brexit b’diversi MEPs jesprimu ruħhom kontra l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE minħabba li qalu li r-Renju Unit  jista’ jkun f’pożizzjoni aħjar fl-Unjoni Ewropea.

Brexit: Farage jappella lill-UE biex tirrifjuta estensjoni għall-ftehim

Ilbieraħ, kien hemm distakk 149 vot kontra t-tieni tentattiv ta’ May biex tassigura sapport għall-ftehim ta’ Brexit.

Brexit: May titlef it-tieni vot dwar il-ftehim tagħha

Fil-plenarja tal-Parlament Ewropew illum, qed jiġu diskussi l-effetti tal-vot tal-bieraħ f’dibattitu mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker u l-Kap Negozjatur tal-UE Michel Barnier.

Aqra iktar hawn.