Il-President tal-Eurochambres Christoph Leitl qal li mhux id-daqs tal-pajjiż iżda l-ideat li joħorġu minnu huma importanti. Huwa kien qed jgħid dan waqt l-ewwel is-seduta parlamentari mal-Imprendituri Maltin.  Huma ngħataw l-opportunità li jitkellmu dwar x’qed jinwketahom u l-opinjonijiet tagħhom dwar numru ta’ kwistjonijiet li  qed jaffettwaw l-ekonomija ta’ Malta.

Leitl qal ukoll li filwaqt li din hija prova konkreta li hemm rieda ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern u l-Kamra tal-Kummerċ għandu bżonn ikun prova ċara ta’ sapport min-naħa tal-Gvern. Sostna li huma qed iħallsu t-taxxa , joħolqu x-xogħol u jservu lill-pajjiż.

Fil-ftuħ ta’ din is-seduta ll-President tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija Frank Farrugia spjega l-erba’ temi importanti tal-impredituri. Dawn huma l-ħiliet fis-suq modern tax-xogħol, il-kompetittività, l-iżvilupp sostenibbli u r-riċerka tal-innovazzjoni. Saħaq li bħala negozjanti ma jistgħux jenfasizzaw biżżejjed kemm huwa importanti għal Malta li tirnexxi f’dawn l-erba’ ħiliet.

Is-seduta kienet indirizzatha wkoll mill-Prim Ministru Joseph Muscat, mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u mill-Ispeaker Anġlu Farrugia li ppreseda fuq is-seduta.

Farrugia spjega kif l-inizjattiva ta’ din is-seduta hi parti mill-programm biex jintlaħqu iktar ċittadini mill-Parlament u għalhekk biha qed jippruvaw joħolqu djalogu bejn is-soċjetà ċivili u l-Parlament. Farrugia saħaq li kulħadd għandu dritt ikollu dinjità u sostna li dan huwa dmir kemm tal-Gvern kif ukoll tan-negozjant.