Il-Ministru għat-Turiżmu Konrad Mizzi ċaħad li qatt mar New Zealand, Bermuda jew il-Bahamas minn Marzu tas-sena 2013 sal-lum. Dan filwaqt li stqarr li mar darba Dubaj tul il-leġislatura l-oħra.

Il-Ministru kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil.

Il-ġurnalista assasinata Daphne Caruana Galizia kienet akkużat lill-Ministru Mizzi li kien fetaħ kumpanija fil-Panama kif ukoll Trust fi New Zealand. Waqt li l-grupp ta’ ġurnalisti li ħadmu fuq The Daphne Project kien żvela li l-kumpanija 17 Black kienet ġiet miftuħa f’ Dubaj, waqt li Nexia BT kienet ippruvat tiftaħ kontijiet bankarji għall-kumpanija ta’ Mizzi fil-Panama.

AQRA: “M’għandix x’naqsam ma’ 17 Black u Macbridge” – Konrad Mizzi

AQRA: Identifikat sid il-kumpanija 17 Black; jintalbu riżenji u investigazzjonijiet