Jidher illi immigrant weġġa’ gravi wara li ppanikja u qabeż xi sulari waqt rejd tal-Pulizija fil-Marsa.

Skont sorsi li kienu fuq il-post, jidher li l-Pulizija wettqu rejd fi Triq is-Salib tal-Marsa fid-9.30am, fejn kien hemm diversi immigranti jistennew xogħol. Malli raw il-Pulizija, dawn ħarbu minn fuq il-post. Jidher li wieħed minnhom infixel u qabeż xi sulari.

Nies li kienu fuq il-post qalu lil Newsbook.com.mt li din kienet “xena ta’ qsim il-qalb,” għaliex jidher li dan l-immigrant weġġa’ serjament.

Ir-rapporti għadhom mhumiex ikkonfermati mill-Pulizija.