Żagħżugħ qed jiġi akkużat li allegatament sforza lit-tfajla tiegħu li għandha diżabilità mentali sabiex tagħmel atti sesswali miegħu kontra r-ried tagħha.

Dan ħareġ fil-Qorti llum meta r-raġel ta’ 26 sena mis-Siġġiewi tressaq il-Qorti taħt l-akkuża li sforza lilu nniffsu fuq it-tfajla ta’ 19-il sena, li l-pulizija qed issostni għandha diżabilità mentali. Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Il-Qorti pperseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli ma aċċettatx it-talba tal-ħelsien mill-arrest għax sostniet li l-vittma għadha ma xehdietx fil-Qorti.