Il-Membri Parlamentari tar-Renju Unit ivvotaw favur emenda li ssejjaħ għal estenzjoni tal-Artiklu 50 biex b’hekk Brexit ma jseħħx fid-29 ta’ Marzu.

Il-Membri Parlamentari tar-Renju Unit ivvotaw kontra emenda li kienet titlob għal estenzjoni tal-Artiklu 50 biex ikun hemm referendum ieħor.

Skont il-BBC, il-MPs ivvutaw ukoll kontra l-emenda li kienet tispeċifika li Artiklu 50 għandu jiġi estiż biss sat-30 ta’ Ġunju. Din l-emenda ma ġietx milqugħa bi 314 vot kontra 311 – maġġoranza ta’ tliet voti.

L-istess Membri Parlamentari vvutaw ukoll kontra l-emenda li riedet tagħti l-opportunità lill-MPs jieħdu l-kontroll tal-affarijiet tal-parlament u potenzjalment jieħdu votazzjonijiet indikattivi. L-emenda tilfet bi 314 vot kontra 312.

L-MPs ivvutaw ukoll kontra l-emenda tal-Partit Laburista li kienet kontra l-ftehim tal-prim ministru, kontra Brexit bla ftehim, u kien jitlob għal estenzjoni tal-Artiklu 50. Ir-riżultat kien ta’ 318 voti kontra 302.

Aktar tard il-MPs ivvutaw favur l-emenda tal-Gvern li titlob estenzjoni dwar Brexit – jiġifieri biex dan iseħħ wara d-29 ta’ Marzu. Il-vot għadda bi 412 vot kontra 202.

Brexit: Farage jappella lill-UE biex tirrifjuta estensjoni għall-ftehim

Aktar kmieni…

Membri tal-Parlament tar-Renju Unit se jkunu qed jivvutaw dwar emenda li titlob għal estenzjoni tal-Artiklu 50 biex ikun hemm referendum ieħor.

Fil-bidu tad-dibattitu dwar Brexit, l-Ispeaker John Bercow ħabbar li għażel erba’ emendi għal dibattitu parlamentari. Dawn huma:

  1. Emenda h – Din titlob għal estenzjoni tal-Artiklu 50 biex ikun hemm referendum ieħor.
  2. Emenda i – Din tipermetti lill-MPs jieħdu l-kontroll tal-affarijiet parlamentari nhar l-Erbgħa u jkunu jistgħu jużaw il-ħin biex jiddibattu dwar mozzjoni dwar Brexit li titsta’ twassal lill-Parlament biex ikollu serje ta’ votazzjonijiet indikattivi dwar l-għażliet differenti ta’ Brexit.
  3. Emenda e – Din tħassar il-ftehim tal-Prim Ministru u l-idea li jkun hemm Brexit mingħajr ftehim.
  4. Emenda j – Din l-emenda tordna lill-Gvern biex ma jpoġġix il-ftehim dwar Brexit għal vot ieħor

Ilbieraħ il-Membri Parlamentari Ingliżi vvutaw kontra Brexit bla ftehim, dak magħruf bħala no-deal Brexit.