Għawdex, ġawra prezzjuża b’abitat naturali u verġni, ħajja trankwilla u rħula kwieti. Is-sens komun normalment jiddetta li dan il-mod ta’ ħajja, jitrawwem biex inżommu l-industrija turistika ħajja. Imma fil-jiem tal-karnival, kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ ħafna oqsma differenti tas-soċjetà Għawdxija, inkluż is-settur turistiku, impjegati taċ-ċivil u studenti. Dawn kollha tawni l-impressjoni li l-popolazzjoni qiegħda tħossha traskurata, frustrata u mweġġa’. L-oqsma ewlenin ta’ tħassib kienu n-nuqqas ta’ inċentivi għan-negozju għal Għawdex, konnettività nkonvenjenti u d-deterjorament tas-servizzi tal-gvern, speċjalment fit-taqsima tas-saħħa.

Il-Gvern jemmen li s-soluzzjoni hi li tinbena mina ghall-karozzi bejn Malta u Għawdex, imma din hija inizzjattiva mbuttata minn numru żghir ta’ intraprendituri u mhux minn ħafna mill-popolazzjoni Ghawdxija li:

  • Jibża’ mill-isplużżjoni ta’ żvilupp mhux ikkontrollat, li jhedded lill-Għawdex bl-industrija turistika tal-gżira, li fil-fatt tħoss li l-mina taf thedded l-ekonomija Għawdxija.
  • Jħossu li l-vjaġġi bil-karozza miċ-Ċirkewwa għall-Belt Valletta, digà qed jieħdu sagħtejn matul is-sigħat tat-traffiku. Jekk iktar Ghawdxin ser ikollhom jivvjaġġaw lejn Malta, bis-saħħa tal-mina, ser ikun hemm iktar “bottlenecks”, ezempju ġo Burmarrad, fejn ser imorru għall-aghar.

L-Għawdxin jistennew l-istess rispett, dinjità u opportunitajiet li jgawdu ħuthom il-Maltin; il-qofol ta’ din hija l-ekonomija iżda din ma’ tidhirx li hija prijorità tal-gvern. Kieku kien hekk, il-baġit tat-toroq ikun rifless f’Ghawdex, iżda minflok wieħed jesperjenza toroq imkissra li jwasslu ghall-kumplessi ta’ lukandi ta’ 5 stilel, u l-Belt ir-Rabat, maħnuqa bit-traffiku, minħabba nuqqas ta’ “ring road’. Fil-fatt, kieku Ghawdex kien tassew prijorità, il-gvern kien jirranġa dawn in-nuqqasijiet, qabel ma jiddeċiedi li jinvesti biljuni ta’ ewro f’mina. Din in-negliġenza qed twassal biex Ghawdxin aktar ikkwalifikati jmorru jgħixu Malta. Dawn jiġu sostitwiti b’każijiet soċjali li qed jaraw il-prezzijiet tal-kera f’Ghawdex aktar milħuqa meta pparagunati ma’ ta’ Malta.

Allura x’inhuma s-soluzzjonijiet?

L-ewwel u qabel kollox jeħtieġ li l-gvern jintroduċi inċentivi ta’ vera biex jattira investiment lejn Ghawdex, li jinkludi servizzi bħal “call centers” u impjiegi ta’ valur għoli. Il-“fibreoptic cable” hu neċessarju biex   investimenti, speċjalment kumpaniji tal-logħob jiġu stabiliti fil-gżira.

It-tieni nett, il-konnessjonijiet tat-trasport tal-massa jeħtieġu riflessjoni radikali, bir-raba “ferry” u “ferries” veloċi għall-karozzi, lejn iż-żona tal-port. Ukoll fuq il-lista, servizz bl-ajru. Aktar ambizzjuż, jista’ jkun sahansitra “monorail”, dejjem jekk bi prezz raġonevoli, li jgħaqqad lil Belt Victoria ma’ l-Universita’, l-isptar Mater Dei, il-Belt Valletta u l-ajruport. Marbut ma’ dan, it-turisti li jixtiequ jiskopru ‘l Ghawdex, jkunu jistgħu jikru skuters elettriċi biex inaqqsu l-konġestjoni u l-inkwinament tal-arja.

It-tielet ħaġa hi li jiġi stabbilit it-tagħlim onlajn billi kull nhar ta’ Ġimgħa, il-lezzjonijiet ikunu virtwali biex jippermetti lill-istudenti tal-università u tal-MCAST igawdu lejl iżjed fil-kumdita’ ta’ darhom.

Irrispettivament mir-rakkomandazzjonijiet t’hawn fuq, il-karattru ta ‘Għawdex għandu jkun protett u mtejjeb akkost ta’ kollox.  Qatt indunajt li d-djar kollha f’Għawdex huma mibnija mill-franka? Iżda din il-kultura diġà qed tinbidel hekk kif l-iżviluppaturi issa qed jibnu blokki massivi tal-briks tal-konkrit, inkluż 15-il torri f’Marsalforn, ieħor fuq ix-xatt tax-Xlendi, u issa għall-ewwel darba, blokk kbir ta’ flats li se jeqirdu l-villaġġ kwiet ta ‘San Lawrenz.

L-Għawdxin diġà qiegħdin jikkaratterizzaw infushom bħala ċittadini tat-tieni klassi, li hu tal-inkwiet, u d-destin tal-gżira jinsab f’idejna. Billi mina tal-karozzi għal Għawdex se jkollha impatt eterna fuq is-soċjeta Għawdxija, u billi din tista’ tiswa aktar minn biljun ewro, hija ħaġa loġika li referendum għandu jiddetermina jekk dan l-investiment enormi għandux isir. L-istrutturi għal referendum diġà huma fis-seħħ peress li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u l-elezzjonijiet Ewropej huma ppjanati għall-25 ta’ Mejju 2019. Sa dak iż-żmien, ħafna NGOs li esprimew it-tħassib tagħhom jistgħu jkomplu jispjegaw il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ riskju daqshekk enormi, ħalli l-poplu jiddeċiedi jekk dan il-proġett kbir huwiex verament fl-interess tan-nazzjon tagħna jew le.

Dan kien artiklu bl-opinjoni tal-kandidat għal MEP f’isem il-Partit Demokratiku Martin Cauchi Inglott.