F’Għajnsielem ittella’ salib għoli 15-il metru li huwa mibni minn struttura tal-ħadid li ġiet miksija b’injam riċiklat u pallets.

Ma’ Newsbook.com.mt, is-Sindku ta’ Għajnsielem Franco Ciangura spjega li jekk wieħed ipoġġi l-injam li ntuża f’ringiela, wieħed jilħaq distanza ta’ 1.7 kilometri. Intużaw aktar minn erba’ tunnellati ġebel għal piż tal-istruttura.

Ix-xogħol sar minn team żgħir ta’ voluntiera f’ħames ġimgħat. Inbniet ukoll Via Sagra.

L-injam ngħata b’xejn minn diversi kumpaniji lokali.

Filmat: Miguela Xuereb