Il-mard tal-kliewi sikwit jiġi minħabba kundizzjonijiet soċjali.

Dan itqal fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali tal-Kliewi mill-organizzaturi. Dawn huma l-International Society of Nephrology (ISN) u l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Fondazzjonijiet dwar il-Kliewi (IFKF).

Huma qalu li madwar id-dinja hemm 850 miljun persuna li qed isofru mill-mard tal-kliewi. Spjegaw li l-mard tal-kliewi huwa l-11-il akbar kawża tal-mewt fid-dinja.

Spjegaw kif il-mard tal-kliewi ta’ sikwit jiġi mill-kundizzjonijiet soċjali li jitwieldu fihom, jikbru, jgħixu, u jaħdmu. Dawn jinkludu l-faqar, deskriminazzjoni bejn il-ġeneri, nuqqas ta’ edukazzjoni, perikli fuq il-post tax-xogħol, u t-tniġġiż.

L-organizzaturi qalu li l-Jum Internazzjonali tal-Kliewi hija sejħa għal kulħadd biex jippromwovu miżuri f’kull pajjiż biex titjieb il-kura tal-kliewi.

Għal aktar tagħrif tista’ tidħol hawn.