REUTERS/Chris Helgren

Il-qraba tal-persuni li mietu kawża tat-tiġrif tal-ajruplan tal-linja tal-ajru Etiopjana ltaqgħu f’kamra f’lukanda f’Addis Ababa llum qabel ma ħejjew triqithom lejn is-sit fejn kraxxja l-ajruplan.

Viżibilment u emozzjonalment imfarrka bit-telfa kbira tagħhom, bosta staqsew għl aktar trasparenza mil-linja tal-ajru, kif ukoll talbu għal aktar dettalji dwar l-inċident li seħħ il-Ħadd li għadda. Ħaddiem tal-linja tal-ajru sostna li hemm investigazzjoni għaddejja u li d-dettalji kienu qed joħorġu jum b’jum.

Il-passiġġiera kollha, total ta’ 149, kif ukoll tmien membri tal-ekwipaġġ inqatlu minħabba t-tiġrif tal-ajruplan. L-ajruplan kraxxja propju sitt minuti wara li telaq mill-kapitali tal-Etijopja. Fost il-vittmi kien hemm disa’ Etijopjani, 32 persuna mill-Kenja, 18 Kanadiżi, tmienja miċ-Ċina u tmienja mill-Italja. Total ta’ 35 nazzjonalita kienu abbord l-ajruplan.